Tuesday, March 2, 2010

Lezzjonijiet tat-Taljan

Ħbieb,

Kull nhar ta' Tnejn wara nofsinhar il-klassi tagħna qed ikollna lezzjoni tat-Taljan fejn fiha qed nitgħallmu kliem ġodda bit-Taljan - fosthom il-ġranet, ix-xhur u n-numri!- kif ukoll dwar dan il-pajjiż tant kbir u sabiħ bħalma għamilna fl-aħħar lezzjoni!

Kien hemm tifel jismu Togo li kellu bżonn l-għajnuna ħalli jitgħallem iżjed dwar pajjiżu.

Kemm qegħdin attenti għall-ispjegazzjoni dwar il-peniżola Taljana.

Brava Shania, hemmhekk tinsab Sqallija!

Le Alpi huma muntanji bejn l-Italja u Franza. Catania huwa raħal fi Sqallija li fih hemm il-vulkan Etna. Firenze hija belt magħrufa għall-arti fejn hemm il-Ponte Vecchio u fil-viċin kien twieled Leonardo Da Vinci. Napli hemm il-vulkan Vesuvio. Venezia, magħmula minn ħafna gżejjer, hija magħrufa għall- karnival u għall-gondole fejn nsibu Pjazza San Marco. Milano huwa magħruf għad-Duomo u għall-moda.


Attenti għal li qed jispjegalna l-għalliem waqt li niktbulkom ir-rapport! :)

Ruma li hija l-belt kapitali ta' l-Italja, fejn hemm il-Vatikan u l-Kolossew. Mela dawn kienu l-bliet, l-muntanji u l-vulkani li ra l-ħabib tagħna Togo.

Fl-aħħar lgħabna logħba biex naraw qgħadniex attenti waqt il-lezzjoni!


Jake Azzopardi & Sarah Buttigieg



No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.