Thursday, March 11, 2010

Għall-ħarġa t'għada

Mela kif tafu l-klassi tagħna għada, suppost (dejjem skont it-temp - nisperaw fil-Bambin li jkun bħal-lum ...) sejrin għall-ħarġa kulturali madwar il-Birgu.

It-tfal għandhom iġibu magħhom il-basket tal-iskola xorta waħda u basket għall-ħarġa li jrid ikun fih :

1) clipboard għall-ħendawt dwar il-postijiet li ħa nżuru (u li trid tkun toqgħod ġol-basket)

2) pokit tal-kuluri u 2 bajrows ħalli jiktbu u jpinġu fuq il-ħendawt

3) lunch u drink (teżaġerawx għax 'qas ħaqq it-toqol u għandna ħafna mixi)

4) umbrella (għal li jista' jkun)

U importanti ĦAFNA li jiġu bl-uniformi SĦIĦA inkella jkollhom jibqgħu l-iskola.

Għal din ir-raġuni li mil-lum tajthom il-HW kollu tal-weekend ħalli t-tfal jkunu jistgħu jqassmuh fuq 4 ijiem u mhux tlieta.

Minbarra l-Maths (li dak għal għada), il-komponiment tal-Ingliż, l-HW tal-Malti dwar il-punteġġjatura, il-HW tar-reliġjon fuq il-ktieb tal-attivitajiet u l-ħendawt tal-Istudju Soċjali kollha għal nhar it-Tnejn.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.