Monday, December 28, 2009

Kemm infakkar ...

Nixtieq infakkar lil dawk it-tfal (jonqos xi tmienja jidhirli) li għadhom ma bagħtulix b'email l-Istorja tal-Biża' ttajpjata li suppost kellhom jibagħtuha sal-bieraħ u li għalhekk jekk jogħġobhom ma jdumux ma jibgħatuha ħalli nibda naħdem fuqhom, għaliex inkella neħlu.

Infakkar ukoll li l-email address miktub fuq il-karta bil-HW tal-vaganzi.

Grazzi ħafna

Thursday, December 24, 2009

Happy Christmas

I would like to wish Happy Christmas to all my students, their families, the blog followers and to all my friends too. May the Christmas spirit bring you happiness and togetherness.

And I would like to wish good luck to Kerstin & Marcio who tonight will be performing the traditional Christmas sermon at the Basilica and the San Ġużepp Ħaddiem church respectively during the midnight mass. I'm sure they will both do great tonight. I'm proud of you, boys!

Now I'll take a two-day break and so will see you again on Boxing Day!

Wednesday, December 23, 2009

Id-Deżerti

Dan hu l-kapitlu li għamilna l-ġimgħa l-oħra u li temmejna nhar it-Tnejn wara l-purċissjoni bil-Bambin.

Lejn il-Missier Chapter 7

Bħal David Infaħħru lil Alla

Lejn il-Missier Chapter 6

David l-Akbar Sultan tal-Poplu t'Alla




Monday, December 21, 2009

Studying programme for the Xmas holidays

Illum fil-klassi spjegajtu fid-dettall u x'inhu mistenni mit-tfal li jistudjaw. Huwa gwida ġurnata b'ġurnata tas-suġġetti prinċipali. Jekk jogħġobkom għeżież ġenituri segwu l-istudju t'uliedkom u insistu fuq li jaqraw KULJUM nofs siegħa bl-Ingliż u jsibu ftit ħin li jaqraw bil-Malti wkoll.

F'Jannar it-tfal ħa jkollhom (mill-anqas) test fuq kull suġġett, qabel l-eżamijiet

http://www.box.net/shared/fxn1ahr7sh

Grazzi kbira lill-ġenituri


Nirringrazzja minn qiegħ qalbi lill-ġenituri kollha tar-rigal mill-isbaħ li tajtuni. Ninsab kuntent ħafna bih u bl-apprezzament sinċier tagħkom!!!

Nawguralkom Milied hieni u Sena mill-aqwa u l-festi t-tajba.

Grazzi!!

Saturday, December 19, 2009

The rest of your HW for the weekend

Malti HW - Il-Preżent - Maltimanija Grammatika u Ortografija pg 6 ex A u pg 7 ex B (l-ewwel kolonna biss)

Religion HW - Ktieb tal-Attivitajiet pgs 18-19

Social Studies HW - Workbook pg 18 ex Ċ, ex D, ex E

Tinsewx iġġibu magħkom basket tal-plastik/ċarruta biex tieħdu magħkom il-kotba li ħa jkollkom bżonn biex tagħmlu l-HW jew dawk bżonnjużi għall-istudju waqt il-vaganzi tal-Milied.

Għeżież ġenituri, jekk jogħġobkom, ċċekkjaw il-Parents Diary għaliex bgħatt nota m'uliedkom fuq nhar it-Tnejn li ġej. Iffirmawha u iktbu l-id card no. Grazzi.

Friday, December 18, 2009

Film Review

For next Monday, as part of your Creative work, you need to do a review about your favourite film. Write the title, then who are your favourite characters of the movie and why you like them best; then write a summary of the film plot and finally write your opinion about why you would recommend the movie to your friends.

Don't forget to : choose a movie which is rated either U or PG, and not to write just a few sentences but fill all the boxes.

http://www.box.net/shared/8ubo7fvjld

Then the last task would be (through Google or Wikipedia) to print the Film Poster and your creative work is ready!




Thursday, December 17, 2009

The Magic Blue Apple


Once upon a time there were two girls named Sally and Timanta. They had to go to Fruit Hill to get some apples. They took Picsal, their dog with them. Picsal was a black labrador.

The two girls were hopping along the way as their dog ran very fast. When they arrived at Fruit Hill, Sally was jolly, and excited too, like Timanta. They had to find the apple tree. As they were looking Picsal saw something quite strange. Sally and Timanta went to see what it was. It was a blue apple. "How strange!" they said. They thought it was frozen but it couldn't be on a hot day like that. It would have melted. Timanta took a bite. "Yuk!" she said, "it's too sour". Just then she turned into a jumping frog. How sad Timanta was but Sally was worried. "Ahha!" said Sally "I will have to go see Osward". It took a long way and finally they found Osward. He was old, powerful and smart. They asked him for a poison so that Timanta would turn human again. Osward agreed and gave them a portion of poison.

They ran back to Timanta and she drank the poison and she was a normal girl again, and they lived happily ever after.

Jazmine Debattista

Wednesday, December 16, 2009

Ir-raħal tagħna

Din il-powerpoint hija dwar ir-raħal ta' Birkirkara, li konna għamilna fil-bidu tas-sena. Jaqbel li fil-vaganzi tistudjaw it-topik minn hawn minħabba li fiha ferm iżjed informazzjoni mill-workbook ...

Tuesday, December 15, 2009

Avviżi lill-ġenituri

Qed niktbilkom hawn ftit avviżi għall-aħħar ġimgħa skola qabel nibdew il-vaganżi tal-Milied ...

1) Nhar it-Tnejn li ġej 21 ta' Diċembru ħa ngħaddi u nispjega l-Programm ta' Studju (Tal-Maths, English, Malti u Social) għall-vaganzi tal-Milied. Iċċekkjaw m'uliedkom fhiex jikkonsisti ġurnata b'ġurnata.

2) Għada huwa importanti li jġibu magħhom il-ktieb tal-librerija u l-karta ħalli għall-vaganzi jkollhom x'jaqraw.

3) Il-Ħamis li ġej ħa mmorru naraw reċta bil-Malti dwar meta nħaraq it-Teatru Rjal fis-seklu Dsatax.

4) Il-Ġimgħa li ġej għall-ħabta tad-9.30am ħa jkollna l-quddiesa tal-Milied ġewwa l-Bażilika ta' Santa Liena. Tfal mill-klassi tagħna ħa jkunu kemm abbatini kif ukoll għandna student li ħa jagħmel il-priedka tal-Milied!

5) Nhar it-Tnejn li ġej ħa jkollna l-purċissjoni tal-Bambin madwar l-iskola fejn min għandu xi kostum bibbliku jew huwa abbati jista' jieħu sehem. Tifel ieħor mill-klassi tagħna dakinhar ħa jagħmel il-priedka tal-Milied. Intom il-ġenituri mistiedna tattendu għal din l-attivita li ħa ssir fil-bitħa tal-iskola.

Grazzi ħafna!

Monday, December 14, 2009

Il-pjanu li nħanaq

Kif tkellimna fil-klassi, l-komprensjoni tal-lum hija storja meħuda minn ktieb t'Immanuel Mifsud.

















Titkellem dwar pjanu u r-relazzjoni tiegħu ma' tifla li kienet iddoqqu ħafna sakemm darba nħanaq u ma daqqx iżjed. Hija metafora (eżempju b'deskrizzjoni mhux vera) ta' ħajjet tat-tifla kif għedtilkom fil-klassi.

Friday, December 11, 2009

Ir-Rapport tat-temp ...

Bħala parti mill-HW tal-Istudju Soċjali għall-weekend għandkom issegwu attentament it-tbassir tat-temp għal-lum, għada s-Sibt kif ukoll il-Ħadd ...

Tistgħu ssibuhom fil-gazzetti ta' kuljum (kollha jġibuh), jew tisimgħu fuq ir-radju jew it-tv wara l-aħbarijiet inkella idħlu f'din is-sit ...

http://www.maltaweather.com/index.html

Thursday, December 10, 2009

Limerikki ...

Mela l-bieraħ waqt il-lezzjoni tal-Malti middejna jdejna biex noħolqu ftit limerikki umoristiċi. Wara li spjegajtilhom kif jinkiteb limerikk - ċjoe poeżija b'ħames versi fejn vers 1,2 u 5 jirrimaw flimkien waqt li vers 3 u 4 jirrimaw għalihom. Apparti hekk tgħallimna kif naqsmu vers f'sillabi. U dawn li ġejjin huma r-riżultat finali ta ftit mill-esperimenti.

DJ MINN TAGĦNA

DJ minn tagħna jħobb jiekol il-banana
meta f'daqqa waħda ra gabbana.
Kien sejjer jixtri frotta
f'daqqa waħda żelaq f'qoxra.
Ma kinitx qoxra ta' tadama.

Jake Azzopardi & Liam Fenech

BAĦĦAR INBIDEL F'SAĦĦAR

Darba kien hemm baħħar
li fil-vera kien saħħar.
L-għada għamel maġija
u tatu tifla ġinġlija
u fl-aħħar beda jfaħħar.

Michela Gauci & Andrea Schembri

MARA FITTA

Mara fitta jisimha Sitta
Ommha kienet issejħilha Titta
kif ukoll twila
jew inkella tqila.
Tħobb torqod fuq sodda dritta.

Jeremy Bray & Nicole Haber

IŻ-ŻIEMEL IMQAREB

Darba kien hemm żiemel imqareb
l-hena tiegħu jiekol l-imqaret.
Darba kellu jmur il-Ħamrun
ħalli jixtri l-imqarrun
minflok mar fuq il-bajja jfittex l-imħaret.

Sherona Micallef & Gail Zammit


XADINA MARIJA

Hemm xadina jisimha Marija
mistagħġbin kemm hi qawwija
matul il-ġurnata twerżaq
qisha bieb iżerżaq
aħjar semmewha Bomblija.

Jazmine Debattista & Leanne Mifsud

Prosit lill-klassi kollha għaliex issa meta jridu jistgħu joħolqu limerikki fuq xhiex iridu.

Homework għal għada

Maths HW - Subtraction (HTU - HTU) - NT 2 pg 62 (nos 9-15) u pg 63 (nos 2-9 + green/orange shelters)

Religion HW - Chapter 10 - Ktieb tal-Attivitajiet pg 16 (tisliba) u pg 17 (waħħlu santa tal-Madonna b'Ġesu tarbija f'idejha u wara pinġu l-madwar)

English HW - Chapter 8 - Way Ahead pg 46 ex 1, ex 2

Tuesday, December 8, 2009

Creating your own characters!

I simply loved all the children's creative work about creating a character of their own. Not one was similar to the other. Well done! Now here I am reproducing pictures of some of your work. I couldn't do everybody's work as you can understand it is impossible ...

But I am proud of all of you!










Monday, December 7, 2009

Homework for Wednesday

Maths HW - Hundredths - Follow each step through the Maths Notes and you won't find any problems.
NT 2 pg 59 nos 11-13 (count each line like we did in class today);
pg 60 (all page - the first part turning them into metres with the decimal point and the second part using the number line);
pg 61 (first part - adding 1c to the price and the second part subtracting 1c to the price)

Malti Hw - Komprensjoni - Bejgħ li ma rnexxiex - Maltimanija pgs 6-7 ex 1 (veru jew falz); ex 2 (sib il-kelma li tfisser bħalha) u ex 3 (wieġeb dawn il-mistoqsijiet)


U safrattant il-pappagall mill-Iran sab ruħu hawn u qed jgħajtilkom "Hemm xi dubju?" :)

Bus Route (English Comprehension)

The English Comprehension for next Wednesday is called Bus Route and it's a lovely poem about a double-decker red bus doing a route around a village and its countryside. The poet describes the bus while creeping uphill as if it was an old man climbing up the stairs or while going downhill like an angry bully or like a human being bruising while going through the tumbling countryside roads.

Handout pgs 36-37 Do you remember? (nos 1-5) and More to think about no 1 (a-d)


Sunday, December 6, 2009

Lejn il-Missier Kapitlu 5 - Dwar il-Profeta David.

Hekk tistgħu tirrivedu l-kapitlu kollu minn hawn. Sa qabel toħorġu bil-vaganzi tal-Milied nkun uplowdjajt il-powerpoints kollha kemm tar-Religion u tal-Istudji Soċjali.

Friday, December 4, 2009

Creative work for this weekend

For next Monday you have to create a character of your own based on this handout. Use your imagination as much as possible. Don't forget to then draw this character on a blank page.

http://www.box.net/shared/ih6g2l7zhz

Thursday, December 3, 2009

Lill-ġenituri ...




Nixtieq nirringrazzjakom ĦAFNA tat-tiżjin kollu li bgħattu m'uliedkom (Christmas trees, presepji, streamers, eċċċċ) għaliex il-klassi bdejna nittrasformawha kif jixirqilha f'villaġġ ċkejken tal-Milied. Apparti hekk nixtieq ngħid prosit lit-tfal ta' kemm ġewhom sbieħ il-fanali bil-crepe paper. Ħafna minnhom (il-kumplament nagħmilhom għada) diġa sabu posthom mat-twieqi.

Apparti hekk grazzi kbira oħra tal-kollaborazzjoni tagħkom għall-party tal-Milied.

Nixtieq infakkarkom li għada t-tfal sa nofsinhar u l-ġimgħa d-dieħla ħa jkollna biss erbat ijiem skola.

Homework for tomorrow

Today's homework ... (English seems a lot but most of the exercises are really short ...)

Maths - Tenths - Follow the Maths notes and the homework should be really easy ... NT2 pg 56 (b-l) and pg 57 (nos 2-9). Use the decimal number line correctly.

Religion - Chapter 9 - Ktieb tal-Attivitajiet pgs 14-15

English - Chapter 7 0 Way Ahead WB pg 41 exs 1-3; pg 42 exs 1-2; pg 43 ex 2; pg 44 exs 1-3

And when you have some free time don't forget to listen to the two songs for the Milied novena which you can find as youtube videos on this blog!

Tuesday, December 1, 2009

Christmas songs ...

Start practising and rehearsing at home with these songs .... tomorrow during the first break we'll start rehearsing them

"When a child is born"



"White Christmas"



Enjoy! ;)

Today's Homework

Maths - Pictographs - SDM pg 51 nos 1-14 (don't forget to do the pictograph using a circle divided into four as a key for 4 sweets. Then PCM pg 124 nos 1-12.

English - Comprehension - How to make a Peach Boat (Way Ahead pg 42 and questions are on the handout - ex 1, ex 2, ex 3)

Maltese - Mamma u Għerq - Handout pg 18 ex A (aqtgħu sing taħt il-verbi), Handout Stilel ex 1 (agħti l-mamma) u ex 2 (għaqqad il-verbi mal-mamma u l-għerq tagħhom)

Għada fakkru lit-tfal biex tibagħtu magħhom il-kostumi għan-novena tal-Milied (min għandu xi kostum tal-Madonna, San Ġużepp, rgħajja, anġli, tal-ħmara jew il-baqra, tas-Slaten Maġi) iġibhom kif ukoll jibdew iġibu l-affarijiet ħalli nibdew inżejnu l-klassi għal żmien il-Milied (xmas trees, presepji, snowmen, snowflakes, liedni, tinsils, eċċ kollha aċċettati u welcome ħafna!

Għada lit-tfal ngħidilhom x'se jġibu għall-Party! Grazzi ħafna tal-kollaborazzjoni tagħkom.

Il-Kon-Kattidral ta' San Ġwann

Mela l-bieraħ tkellimna dwar il-Kon-Kattidral ta' San Ġwann ġewwa l-Belt Valletta, ġawhra li ħafna turisti jistagħġbu dwarha u li jħabbatha mal-aqwa Kattidrali Ewropej.

Dan hu l-vidjow li rajna fil-klassi 'l-bieraħ ...

http://www.youtube.com/watch?v=LCMzfpLl_GE

U hawnhekk tistgħu ssibu iżjed informazzjoni dwaru ...

http://en.wikipedia.org/wiki/St_John%27s_Co-Cathedral