Thursday, December 3, 2009

Lill-ġenituri ...




Nixtieq nirringrazzjakom ĦAFNA tat-tiżjin kollu li bgħattu m'uliedkom (Christmas trees, presepji, streamers, eċċċċ) għaliex il-klassi bdejna nittrasformawha kif jixirqilha f'villaġġ ċkejken tal-Milied. Apparti hekk nixtieq ngħid prosit lit-tfal ta' kemm ġewhom sbieħ il-fanali bil-crepe paper. Ħafna minnhom (il-kumplament nagħmilhom għada) diġa sabu posthom mat-twieqi.

Apparti hekk grazzi kbira oħra tal-kollaborazzjoni tagħkom għall-party tal-Milied.

Nixtieq infakkarkom li għada t-tfal sa nofsinhar u l-ġimgħa d-dieħla ħa jkollna biss erbat ijiem skola.

4 comments:

  1. Jiena nixtieq nirringrazzja lilek ta l interess u lghajnuna li qieghed taghti lit tfal taghna .\
    Hudu pjacir u zejnu kemm tifilhu l klassi.......

    ReplyDelete
  2. Grazzi ħafna mill-ġdid. L-importanti li nara lit-tfal kuntenti u jkollhom atmosfera mill-isbaħ. Imma donnu dis-sena ħa niksru r-rekord tal-isbaħ armar :)

    ReplyDelete
  3. Heh. La nlestuha nipprova nieħu sett ritratti tal-klassi u npoġġiehom hawn.

    ReplyDelete

Note: Only a member of this blog may post a comment.