Thursday, December 10, 2009

Limerikki ...

Mela l-bieraħ waqt il-lezzjoni tal-Malti middejna jdejna biex noħolqu ftit limerikki umoristiċi. Wara li spjegajtilhom kif jinkiteb limerikk - ċjoe poeżija b'ħames versi fejn vers 1,2 u 5 jirrimaw flimkien waqt li vers 3 u 4 jirrimaw għalihom. Apparti hekk tgħallimna kif naqsmu vers f'sillabi. U dawn li ġejjin huma r-riżultat finali ta ftit mill-esperimenti.

DJ MINN TAGĦNA

DJ minn tagħna jħobb jiekol il-banana
meta f'daqqa waħda ra gabbana.
Kien sejjer jixtri frotta
f'daqqa waħda żelaq f'qoxra.
Ma kinitx qoxra ta' tadama.

Jake Azzopardi & Liam Fenech

BAĦĦAR INBIDEL F'SAĦĦAR

Darba kien hemm baħħar
li fil-vera kien saħħar.
L-għada għamel maġija
u tatu tifla ġinġlija
u fl-aħħar beda jfaħħar.

Michela Gauci & Andrea Schembri

MARA FITTA

Mara fitta jisimha Sitta
Ommha kienet issejħilha Titta
kif ukoll twila
jew inkella tqila.
Tħobb torqod fuq sodda dritta.

Jeremy Bray & Nicole Haber

IŻ-ŻIEMEL IMQAREB

Darba kien hemm żiemel imqareb
l-hena tiegħu jiekol l-imqaret.
Darba kellu jmur il-Ħamrun
ħalli jixtri l-imqarrun
minflok mar fuq il-bajja jfittex l-imħaret.

Sherona Micallef & Gail Zammit


XADINA MARIJA

Hemm xadina jisimha Marija
mistagħġbin kemm hi qawwija
matul il-ġurnata twerżaq
qisha bieb iżerżaq
aħjar semmewha Bomblija.

Jazmine Debattista & Leanne Mifsud

Prosit lill-klassi kollha għaliex issa meta jridu jistgħu joħolqu limerikki fuq xhiex iridu.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.