Monday, November 22, 2010

Ħarġa ma’ tal-Iskola





Kien jum sabiћ bix-xemx u ftit frisk. Dakinhar kellna mmorru ћarġa kulturali ma’ tal-iskola. L-ewwel morna nżuru post li bl-Ingliż jgћidulu Limestone Heritage li jinsab fil-limiti tas-Siġġiewi imbagћad minn hemm bqajna sejrin naraw it-tempji ta’ Ħaġar Qim.

Kif dћalna l-Limestone Heritage, rajna filmat qasir fuq il-ћames saffi ta’ ġebel fil-Gżejjer Maltin, li huma il-Qawwi ta’ Fuq, ir-Ramli jew il-Ġebla s-Safra, it-Tafli, il-Franka u ż-Żonqor jew il-Qawwi t’isfel. Rajna l-irdum ta’ Ħad-Dingli li fih il-ћames saffi kollha. Tgћallimna li l-ġebla tal-franka nużawha biex nibnu d-djar tagћna. Wara li ngћatajna mp3 player u lbisna kuffji tal-widna, mxejna madwar il-post nisimgћu fuq ix-xogћol li jsir mill-ġebla Maltija. Rajna pupi jaqtgћu l-ġebel mill-barrieri jew jonġru jew inaqqxu fil-ġebel. Fost l-affarijiet maћduma bil-ġebel Malti rajna girna, ћajt tas-sejjieћ, kenur u garigor. Fl-aћћar, lilna t-tfal tawna ġebla ċatta ta’ madwar tnax-il ċentimetru u skalpell biex innaqqxu xi ћaġa li ridna. Min naqqax il-bandiera Maltija, min inzertalu xi annimal u min kellu jnaqqax xi fjura sabiћa!

Minn hemm irћejnilha lejn il-Qrendi fejn bdejna billi dћalna fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi morna f’sala awdjo-viżwali fejn rajna filmat qasir dwar Ħaġar Qim li fl-opinjoni tagћna kien interessanti kemm gћalina t-tfal u aktar u aktar gћat-turisti li kien hemm jarawh magћna. Fost l-ohrajn f'dan il-filmat qasir rajna l-Mara l-Ħoxna u t-tempju li konna ser inżuru aktar tard. Imbagћad ġiet il-gwida li bdiet iddawwarna u tispjegalna fid-dettall dwar it-tempji. Rajna ћafna affarijiet interessanti fosthom il-Mara l-Ħoxna, u żewġ statwi żgћar li spjegatilna kif kienu jaqtawlhom rashom, u meta jkun miet xi ћadd jew jibda staġun ġdid jew gћal kuntrarju jispiċċa, kienu jibdlulhom rashom skont jekk l-allat ikunux kuntenti jew le. Kien hemm ukoll xi mudelli żgћar tat-tempji kif jidhru minn fuq u kif jgћaddu r-raġġi tax-xemx meta titla’ kmieni filgћodu. Imbagћad morna naraw it-tempji fejn rajna anke l-menћir u d-dolmen, li ngћid gћalija kienet l-aktar parti eċċitanti ta’ din il-ћarġa. L-ewwel gћaddejna minn qalb il-ġebel megalitiku u mbaghad f'daqqa waћda naraw dik it-tinda bajda kbira li gћamluha biex jipproteġu t-tempji mill-elementi tal-arja. Il-gwida spjegatilna fid-dettall dwar kull parti tat-tempju. Kif l-gћalliem tagћna qalilna li l-ћarga tagћna kienet waslet fi tmiemha ma ћadniex gost wisq!

Kienet ћarġa fejn tgћallimna ћafna dwar pajjiżna u nћeġġukom biex tmorru iżżuru dawn il-postijiet.

Anthea Abela u Miguel Ciappara

Year 6.5

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.