Saturday, November 28, 2009

Elementi Kulturali li jsaħħu l-Komunikazzjoni ta' Bejnietna

Dan huwa l-kapitlu tal-Istudju Soċjali (bbażat fuq il-Workbook paġni 42-43) li għamilna dil-ġimgħa fil-klassi

L-Avvent u l-Profeta Iżaija

Issa li għada niċċelebraw l-ewwel Ħadd tal-Avvent u din il-ġimgħa fil-klassi tkellimna dwar il-profezija (tħabbira tal-futur) tal-Profeta Iżaija dwar il-miġja t'Iben Alla, Ġesu', fid-dinja ħsibt li dan il-filmat huwa xieraq biex nirriflettu ftit fuq iż-żmien tal-Avvent u kliem il-Profeta.

Friday, November 27, 2009

A Boat Trip

Today's English Composition is about a boat trip.

It could be you went fishing and something went wrong. Or you were on a cruise and something terrible happened. Or you went to Comino and a frightening experience took place. In Summer or in winter? At night or during the day? Good or bad ending of the adventure? Be creative and use your imagination. First use the story plan and then write your story (120 words and skip a line ...)






Homework tal-Weekend

Maths - Symmetry - SDM pg 36 nos 2-12. Fuq il-pitazz tal-kaxxi u penġuhom eżatt bħalhom u tuhom il-kulur!

Malti - Il-Maqlub - Handout Stilel nos 1-12, Handout pg 43 ex D, ex E, ex F (aqbżu line)

Religion - Ktieb tal-Attivitajiet pg 13

Social Studies - Project (Malta u l-Kultura) - Sibu stampi ta' Dun Karm, Innu Malti, Bandiera Maltija, Bandiera tal-UE, telefon, gazzetti, email, eċċ ...

Nhar it-Tnejn jiġu bil-PE kit u pls aqraw in-nota li bgħattilhom fuq in-notebook dwar il-party tal-Milied. Grazzi.

Thursday, November 26, 2009

Parents Evening


Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-ġenituri kollha li ġew għall-Parents Evening tal-lejla. Ħadt ħafna pjaċir niltaqa' magħkom u nitkellem (għalkemm il-ħin kien qasir). Niskuża ruħi fejn kien hemm dewmien twil. Imma fi tliet sigħat ma stajtx nagħmel mirakli! :)

Grazzi ħafna tas-sapport tagħkom għax mingħajru ma nistax nimxi 'l quddiem u nirringrazzjakom tal-interess qawwi f'uliedkom.

U hekk xejn xejn inneħħu l-istampa tal-kelb ikrah dagħwa minn fuq nett ... :)

Fakkru lil uliedkom li għada jiġu bil-PE kit please. Il-lejl it-tajjeb!

Tuesday, November 24, 2009

Homework tal-Malti

Illum għamilna fuq is-Superlattiv Assolut fil-klassi.
Maltimanija Kitba u Vokabularju pg 4 ex A (iktbuhom it-tnejn); ex B (agħmlu sing taħt it-tweġibiet li ġġibum mill-kaxxa Ftakar); pg 5 ex Ċ (oħolqu 4 sentenzi bis-superlattivi assoluti li takom)


ikrah dagħwa


tqil ċomb


What is ... the Sun?

Today's comprehension is about the Sun and some interesting facts about it.

That the sun is a star made up of fiery gas and is 150 million kilometres away from the Earth (about 8 light minutes ...)


The Earth takes 365 days, or one year, to go around the sun. Once every four years it takes one day more (leap year). This will take place next in 2012 now.

HW - Handout pgs 30-31 "Do you remember? section" nos 1-5 (choose the right answer); "More to think about section" no 1 (a-g : short answers) and no 2 (a-d : full answers)

Monday, November 23, 2009

Il-Belt Valletta

Il-Komprensjoni, kif tafu, għal għada hija dwar Il-Belt Valletta fejn idduskutejna kif inbniet, għal min issemmiet u xi bini li nsibu fiha ...


Din hija l-Belt Valletta. Kif tistaw taraw hija peniżola Innutaw l-pjanta forma ta' gradilja b'toroq dritti u kif hija mdawra bil-baħar minn tliet naħat. Fuq ix-xellug hemm il-Port il-Kbir u fuq il-lemin Marsamxett.
Forti Sant'Iermu jinsab eżatt fil-ponta.

















Dan huwa l-Granmastru Franċiż Jean Parisot de la Valette, il-bniedem li ħolom bil-belt ġdida u li malli tlestiet issemmiet għalih. L-ewwel ġebla tpoġġiet f'Marzu 1566 u kellu x-xorti ħażina li ma rahiex titlesta għaliex miet fl-1568. Saret belt kapitali tlett snin wara.
















Xi bini importanti li ddisinja Ġlormu Cassar :

Il-Berġa ta' Kastilja (fejn jinsab l-Uffiċċju tal-Prim Ministru)






























Il-Kon-Kattidral ta' San Ġwann.

U dan it-Teatru Rjal li llum fadal ftit ġebel biss minnu għaliex fit-Tieni Gwerra Dinjija sofra ħsarat kbar wara attakk mill-ajru tal-Ġermaniżi.

Today's homework 23/11

Maths HW - Division with subtraction method - Illum verament kuntent għaliex il-klassi kollha ħadmithom mingħajr problemi u kważi kulħadd ġabhom kollha tajbin. Keep it up!
Mela NT2 pg 54 nos 9-11 (għal dawk li ma laħqux fil-klasswork) u nos 12-22. Pg 55 nos 6-9 (dawn bir-remainder eh!)

English HW - Dwar dental hygene - Way Ahead WB pg 35 exs 1-2 (użaw il-Pupil's Book) u pg 37 (exs 1-3)

Dwar il-Malti komprensjoni ħa nagħmel post oħra imma tinsewx biex tiktbu sentenzi sħaħ u l-mistoqsijiet u t-tweġibiet fuq fooslcap bit-titlu b'kollox.

Friday, November 20, 2009

When I am famous ...

Ibbażata fuq din il-frażi famuża tal-pittur Amerikan Andy Warhol :


It-tfal għal ftit tal-ħin ħa jimmaġinaw li huma famużi bħala kwalunkwe ħaġa li jixtiequ huma - artist, kantant, attur, kittieb, President ta' pajjiż, preżentatur tat-tv, eċċ. Fuq il-ħendawt fl-ewwel paġna jridu jiktbu liema għażlu u jispjegaw fid-dettall għala joħolmu li jkunu famużi mad-dinja kollha f'li għażlu. Fit-tieni paġna jridu jimmaġinaw li fil-futur huma saru famużi kif dejjem ħolmu. U għalhekk għamiltilhom paġna mid-djarju personali tagħhom u fiha ħa jniżżlu d-data fil-futur. Eżempju 15th July 2034 (taparsi għandhom 34 years). Entry number : 113 (il-page tad-djarju)

Wara jkun imiss jiktbu xi ġralhom dakinhar bit-tajjeb u l-ħażin tal-ġurnata, x'ħassew dakinhar eċċ. Ma jistgħux jiktbu inqas minn 80 words.

Jekk tridu terġgħu tniżżluha agħfsu fuq il-link u tinżel f'pdf format.

http://www.box.net/shared/eh4kidy8bx


Hawnhekk ħa tiltaqgħu ftit ma' xi xogħolijiet t'Andy Warhol u ritratti tiegħu lejn tmiem il-vidjow ...


Homework for the weekend

Maths HW - Division using subtraction method - Naf li din il-lezzjoni ma kinitx faċli u kien hemm xi ftit minnkom tathom naqra battikata. Imma issa jidher li kulħadd qabad kaptu tal-metodu u kif taħdem is-somma. Huwa importantissimu li ssegwu pass pass il-Maths Notes waqt li taħdmu d-division. U importanti li fil-kexxun finali l-answer jiġikom 00. Jekk le għandkom żball. Min isib t-tables problema juża l-ħendawt bit-tables kollha u jżommha quddiemu.
Nt2 pg 53 nos 11-21 u PCM pg 90 (nos 2-12)

Religion Hw - Ktieb tal-Attivitajiet pg 12 - Poġġu s-sentenzi ta' salm 23 wara xulxin kif suppost

Malti HW - Tnissil tal-Aġġettivi - Maltimanija Grammaika u Ortografija pg 10 ex A, pg 11 ex B u Noli Noli pg 8 ex Ġ. Safa' - safi; suf - sufi, eċċ. Dejjem fil-kas għidu kelb, dar qabel kull kelma biex taraw kif tiġi.

Fl-aħħar tinsewx biex terġgħu tiktbu pulita u mingħajr żbalji u mingħajr il-bżonn li taqbżu line l-Ittra lill-Prinċipal, ħalli nhar it-Tnejn ngħadduhom lis-Sur Cassar.

Avviż - Nhar it-Tnejn li ġej m'għandkomx PE allura tiġu bl-uniformi normali.

Thursday, November 19, 2009

Lejn il-Missier Chapter 4

Homework for Tomorrow ...

Maths - Division with remainders - NT 2 pg 51 nos 11-18; pg 52 nos 1-11 (no need to write the problems!) and PCM pg 89 nos 1-6 (work out the problems on the workbook itself)

English - Way Ahead Workbook pg 33 exs 1-2; pg 34 exs 1-3. Full sentences!

Social Studies - Il-kumplament tal-ħendawt li kien fadlilkom taħdmu. F'ex E iktbu dwar l-esperjenzi personali tagħkom dwar sentimenti ta' rabja, diżappunt, ferħ, biża', eċċ u f'ex F iktbu dwar dawk is-sitwazzjonijiet u li kieku ġraw lilkom x'kont tagħmlu ...

Malti - Kemm twaħħlu l-ħendawt ta' "Noħolqu Żu tagħna" fuq l-iscrap book tal-Malti Kitba Kreattiva.

Wednesday, November 18, 2009

Mose' joħroġ il-Poplu mill-jasar tal-Eġittu

Tistgħu tistudjaw chapter 3 ta' Lejn il-Missier minn hawn.

Composition plan

Here you have the opportunity to download the English composition plan so that if you need to write a story you can use it whenever you like. Just click on the link!

http://www.box.net/shared/fcnefunuml

Tuesday, November 17, 2009

Today's homework 17/11

Maths - Multiplying TU x U using money and perimeter - NT2 pg 48 nos 9-14 and pg 49 nos 2-9. Also PCM pg 87 nos 1-9. Please work out the sums the exact same way I explained them in class and as set in the examples in your Maths Notes!

English - Comprehension based on the poem "I love our orange tent". Then work out the Do you remember section? nos 1-5 where you have to fill in the blanks with just one word and the More to Think About section nos 1-5 answering the questions. Don't forget to do it on a foolscap and writing both the questions and answers.

Malti - Aġġettivi Propji - Maltimanija Kitba u Vokabularju pg 9 ex B, ex Ċ. Iktbu sentenzi sħaħ.

Min ġej is-swimming lesson ma jinsiex l-affarijiet. Għada ħa tkun l-aħħar għalissa għaliex imbagħad nerġgħu mmorru wara l-eżamijiet ta' nofs is-sena.

Monday, November 16, 2009

Nicolo Isouard


Illum tkellimna dwar dan il-kompożitur Malti magħruf imwieled fl-1775 u li kkompona opri sbieħ li baqgħu magħrufa mad-dinja kollha. Huwa miet fl-eta' żgħira ta' 43 sena.
Ġor-raħal tal-Mosta nsibu l-banda Nicolo Isouard imsemmija għalih.


Wara rrispondu l-mistoqsijiet mill-a sal-ħ ibbażati fuq ħajjet Nicolo Isouard mill-Maltimanija Komprensjoni pgs 24 - 25.

Saturday, November 14, 2009

Is-Sajd f'Malta Part One

Weekend Homework

For next Monday :

1) Maths - Doubling & Halving - NT2 pg 46 nos 1-2 (Giant Soup menu) and the two in & out machines (the red one double the number and the violet one halve the number) + PCM pg 85 the two columns.

2) Maltese - Għadd Imtenni - Handout pg 16 Iktbu l-istorja kollha (mhux fuq il-karta imma fuq il-pitazz!) u aqtgħu sing taħt il-plurali u pg 17 agħtu l-għadd imtenni tal-kliem - eżempju għajn = għajnejn.

3) Reliġjon - Ktieb tal-Attivitajiet pgs 10-11. Tħallu xejn vojt u agħtu l-kulur b'mod pulit u mhux traskurat!

4) Social Studies - Project dwar is-Sajd f'Malta. Sibu stampi tal-inġenji tal-baħar, ta' xi ħut u postijiet magħrufa għas-sajd (bħal Marsaxlokk, Mġarr Għawdex, eċċ) u iktbu dwar il-luzzu u l-kajjikk, l-istaġuni tas-sajd, eċċ.

Tinsewx biex nhar it-Tnejn tiġu bil-PE kit u sat-Tlieta li ġej iġġibu l-flus tat-transport (għax il-lesson hija b'xejn) għat-tielet lezzjoni tal-għawm!

Friday, November 13, 2009

Book Fair

The kids had a great time today delving through the shelves and stands full of books of all kinds, irrelevant if in Maltese or in English ... whilst asking me all kinds of questions about particular books and especially about Trevor Żahra who was there and about at the Mediterranean Conference Centre.

Some of the kids made some very good choices of books, especially those who chose very interesting books to read like the classics translated into Maltese or Żahra adventure books or the Sqaq l-Infern book. It's a great joy for me to see them so interested in books because reading is one of the best hobbies that one could develop!

Now whoever is interested in meeting Trevor Żahra personally, he will be at the Book Fair next Sunday between 4pm and 5pm. He would surely love to sign your collection of his books! And send my regards to him if you go :)

Thursday, November 12, 2009

Today's homework 12/11

1) Maths - HALVING - NT 2 pgs 45 nos 9 to 14 and PC pg 84 nos 1-8. use Maths Notes and don't keep it in the school bag as it should be as a guidance to how you work.

2) English - Way Ahead Workbook Unit 5 pg 29 exs 1-2 about the weather. And pg 31 ex 1 about the sports article

Don't forget that the Social Studies Project and the Religion HW is for next Monday.

Tomorrow don't forget to come in full uniform as we're going to the Malta Book Fair. No need for a small bag as we're not taking the lunch & drink with us. Whoever wants to buy a book could do so but no need for great amounts of money. Even €5 would be enough.

Wednesday, November 11, 2009

Parents' Evening

Għeżież ġenituri għada filgħodu l-ewwel ħaġa ħa ngħaddi lit-tfal il-karta bil-ħin tal-appuntament li għandkom biex tiġu tkellmuni nhar il-Ħamis 26 ta' Novembru 2009. Kemm stajt żammejt mat-talbiet tal-ħinijiet li ktibtuli fil-Parents Diary imma kien impossibbli li kulħadd jieħu l-ħin li xtaq. Għalhekk napprezza ferm li kulħadd iżomm mal-ħin mogħti u la jiġi ferm qabel jew tard għall-appuntament biex ma noħolqux konġestjoni :)

Tistgħu tifhmu li fi 3 sigħat ma nistax nieħu ħafna fit-tul. Kull appuntament ma jistax itawwal iżjed minn 10 minuti. F'kas ta' xi diffikulta' ikbtuli nota u ibagħtuha m'uliedkom. Grazzi ħafna.

Tuesday, November 10, 2009

Louis Braille

Today's main topic in the English lesson was the great Louis Braille and his extraordinary biography. The questions of the comprehension are based on this story found in the Way Ahead Pupil's Book page 32. The first exercise is answering true or false. The second exercise is filling the blanks with one word and the third one answering the questions.

Underneath is the handout with the comprehension exercises.

http://www.box.net/shared/z9nfb0zmgh

Here you can find a short documentary about Louis Braille's life.



Here is a detailed biography of Braille's life

http://en.wikipedia.org/wiki/Louis_Braille

Monday, November 9, 2009

Our new animal drawings


Marcio Ghigo & his Bird Cup


Kurvic Farrugia & his Cahuchi :)

Awesome job kids! I loved all the drawings, and some of them were really creative. Now don't forget to stick the handout and the drawing on the English Creative Work Scrapbook.


Il-Hw tal-lum 09/11/09

Il-Kumplament tal-Hw barra l-comprehension huwa:

- L-Maths (Odd & Even numbers) - NT2 pg 41 nos 11-27 u pg 42 (it-table tal-addition + nos 2-9). Tinsewx biex timxu mal-Maths Notes u mhux iżżommuh magħluq fil-basket!!!

- English (Unit 5) - Way Ahead WB pg 27 ex1 (crossword + pictures below) & ex 2 (write the article). Imxu mal-artiklu tal-Pupil's Book pg 28 ex 3.

- Il-comprehension ma ninsewx li questions & answers (Maltimanija pgs 16-17 questions a-ħ)

Il-Beatles

Kif tafu llum fil-klassi ddiskutejna l-komprensjoni tal-Malti li titratta dwar wieħed mill-akbar gruppi li qatt rat id-dinja. L-ewwel vidjow huwa tad-diska "Yesterday" fejn taraw ritratti tal-membri tal-grupp.



Din hija "Hey Jude" li Paul McCartney kiteb għal iben John Lennon, Julian. Mix-xellug għal-lemin jidhru George Harrison (li miet fl-2001), John Lennon (li ġie maqtul minn Mark Chapman fl-1980), Ringo Starr u Paul McCartney.



U din hija l-iżjed diska li kisbitilhom suċċess, Let it Be.

Saturday, November 7, 2009

The Lost Dog



Once there was a dog, called Jerry, that lived in a very poor village in the countryside. His owner was a farmer who had lots of fields. There was a field filled with orange, lemon and peach trees where Jerry used to play. Once he went through a passage and discovered a large city. He was so afraid!

After a while he was feeling hungry. He saw a restaurant, called McDonald’s, and in there he found a boy called Tom who gave him a hamburger. He liked it! There was a large doberman outside and Jerry was afraid but surprisingly they made friends. His name was Bruce. A gang of dogs ran after Jerry but Bruce scared them away. Afterwards they went to the park and met a cat called Tabby. They immediately became friends. Back at the poor village, a postman passes by and the owner of Jerry informs him that he had lost his dog. When the postman goes to the city by accident he finds Jerry, Tabby and Bruce all together. He took Jerry and Tabby and went off to the village. They said bye to Bruce and went along. Jerry and Tabby fell in love with each other!

When they got back Jerry’s owner was amazed to see a dog and a cat together. He kept them both. A few days later they had kittens! They both lived happily ever after ...

Marcio Ghigo

Friday, November 6, 2009

Avviż

Tinsewx biex nhar it-Tnejn tiġu bil-PE kit għal-lesson u min għad fadallu jġib xi flus tal-lezzjoni tal-għawm u taż-żjara sal-Fiera tal-Kotba jġibhom sa nhar it-Tlieta li ġej jekk jogħġobkom. Mit-Tlieta imbagħad ma ninsewx li kulħadd irid jibda jiġi l-iskola bl-uniformi tax-Xitwa. Grazzi.

Weekend Homework 06/11/09

Though I explained each homework thoroughly in class I will post this weekend's homework. In case of any difficulty just comment underneath this post - first you have to become a follower of this blog ;)

1) Maths HW (Subtraction by borrowing)

NT 2 pg 40 nos 7-11 (including the estimations), NT 2 pg 38 (subtract the blue
flowers from the orange flowers)
PCM pg 78 nos 2-8 (no need to work out the estimations)

2) English HW (Creative writing)

Describe a new animal that doesn't exist. Give it a name, where does it live,
what does it drink and eat, etc. Write on the handout provided in class.
You can still download the handout directly from this link :



Don't forget to draw your imaginary animal on a separate piece of paper.

3) Social Studies HW (Is-Sajd f'Malta)

Handout pgs 42-43 ex C, ex D, ex E

5) Religion HW (David il-Magħżul t'Alla)

Project Lejn il-Missier page 25. Fuq in-naħa tal-linji iktbu fi kliemkom
l-istorja ta' kif ingħażel il-profeta David. Fuq in-naħa tal-kartonċin
waħħal ritratt tal-magħmudija tiegħek u taħtha ikteb dan il-kliem :
ALLA GĦAŻILNI BIEX INKUN IT-TIFEL/TIFLA TIEGĦU

Thanks very much and enjoy the weekend. Don't forget to read too!

Thursday, November 5, 2009

Dawra ma' B'Kara

Agħfsu din il-link biex taraw xogħol sħabkom Sarah u Shania dwar il-ħarġa li għamilna mar-raħal ta' Birkirkara l-ġimgħa l-oħra. Ħaqqhom prosit!

http://primary.skola.edu.mt/category/kullegg-santa-tereza/birkirkara/bkara-54/

Mose' quddiem ix-xitla taqbad (Lejn il-Missier Chapter 2)

It-tieni kapitlu tar-Religion, Mose quddiem ix-xitla taqbad, jinsab hawn taħt f'din il-powerpoint presentation. Meta jkollkom ftit ċans oqogħdu irrevedu ftit dan il-kapitlu dwar Mose'.

Homework 05/11/09

I know you have a bit of HW today but it's nothing out of this world.

- Maths (SUBTRACTIONS) : NT2 pg 38 nos 8-17 (don't forget the estimations)/ PCM pg 78 nos 2-8 (the same as above). During classwork you did a very good job. So I know you will do them correctly.

- English (REVISION) : Way Ahead Workbook pgs 25-26 exs 1,2,3,4,5,7. revision of the previous four chapters.

- Maltese (SINONIMI) : Maltimanija Kitba u Ortografija pgs 6-7 ex A (nos 11-17 - underline the answers), ex B (nos 1-10 - choose the best answer), Handout Stilel pg 31 nos 1-13. Very easy.

Wednesday, November 4, 2009

Roald Dahl's Books

Should start to enjoy Roald Dahl's world ... it would be a great experience. Loads of very good books - Charlie & the Chocolate Factory, James & the Giant Peach, The Twits, Esio Trot, The Witches and this one ...

This is the trailer of a new film which is being shown at the local cinemas based on of Dahl's greatest books - Fantastic Mr Fox.

Today's homework

For today just the one homework - some subtraction sums using the borrowing method. Don't forget - you don't need to work out the estimations while make sure that you borrow correctly.

Maths Photocopy Masters pg 77 nos 2-12.

Don't forget to study the "Mdina" topic from the Social Studies workbook from page 56 to page 63.

Tuesday, November 3, 2009

Jien u l-Oħrajn

Din hija l-powerpoint presentation tal-Istudji Soċjali li għamilna fil-klassi fl-ewwel ġimgħa marbuta ma' żewġ kapitli - Jien u l-Oħrajn (Workbook pgs 38-39) u Naħdmu Flimkien (pgs 40-41).

Monday, November 2, 2009

Alla Jagħtina l-Ħajja

Hawnhekk tistgħu ssibu l-ewwel kapitlu ta' Lejn il-Missier - Alla jagħtina l-Ħajja - fil-forma ta' powerpoint fajl kif għamilnieh fil-klassi. Tistgħu tistudjaw it-topik minn hawn flok mill-ktieb.

Merħba!

Nagħti merħba lil kull min se jidħol f'dan il-blog ġdid fil-jiem li ġejjin.

L-għan ta' dan il-blog huwa biex naqsam magħkom dak li jkun qed isir fil-klassi tiegħi f'forma ta' djarju ta' kuljum. Waqt li fl-istess ħin noħloq katina ta' komunikazzjoni mal-istudenti u l-ġenituri. Intom il-ġenituri tistgħu tidħlu ta' kuljum f'dan il-blog biex taraw ix-xogħol tal-iskola mogħti għad-dar, xi handouts li se npoġġi online, avviżi importanti mill-iskola, vidjows relatati mas-suġġetti li nkunu qed nagħmlu fil-klassi, il-powerpoints tal-Istudji Soċjali u r-Reliġjon li nuża fil-klassi u fuq kollox xogħol it-tfal.

B'hekk kull min ikun falla minħabba xi mard jew għal xi raġuni oħra, inkella jkun nesa x'għandu jagħmel jew irid jiċċekkja eżatt kemm jidħol f'dan il-blog u malajr isegwi magħna. Apparti hekk nistieden u nħeġġeġ kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri biex iħallu kummenti ħalli ntejbu kemm jista' jkun. Għaliex wara kollox dan l-iskop tiegħu hu li ngħin lit-tfal u nagħmel l-esperjenza skolastika iżjed pjaċevoli u interessanti!