Friday, November 20, 2009

Homework for the weekend

Maths HW - Division using subtraction method - Naf li din il-lezzjoni ma kinitx faċli u kien hemm xi ftit minnkom tathom naqra battikata. Imma issa jidher li kulħadd qabad kaptu tal-metodu u kif taħdem is-somma. Huwa importantissimu li ssegwu pass pass il-Maths Notes waqt li taħdmu d-division. U importanti li fil-kexxun finali l-answer jiġikom 00. Jekk le għandkom żball. Min isib t-tables problema juża l-ħendawt bit-tables kollha u jżommha quddiemu.
Nt2 pg 53 nos 11-21 u PCM pg 90 (nos 2-12)

Religion Hw - Ktieb tal-Attivitajiet pg 12 - Poġġu s-sentenzi ta' salm 23 wara xulxin kif suppost

Malti HW - Tnissil tal-Aġġettivi - Maltimanija Grammaika u Ortografija pg 10 ex A, pg 11 ex B u Noli Noli pg 8 ex Ġ. Safa' - safi; suf - sufi, eċċ. Dejjem fil-kas għidu kelb, dar qabel kull kelma biex taraw kif tiġi.

Fl-aħħar tinsewx biex terġgħu tiktbu pulita u mingħajr żbalji u mingħajr il-bżonn li taqbżu line l-Ittra lill-Prinċipal, ħalli nhar it-Tnejn ngħadduhom lis-Sur Cassar.

Avviż - Nhar it-Tnejn li ġej m'għandkomx PE allura tiġu bl-uniformi normali.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.