Monday, November 23, 2009

Il-Belt Valletta

Il-Komprensjoni, kif tafu, għal għada hija dwar Il-Belt Valletta fejn idduskutejna kif inbniet, għal min issemmiet u xi bini li nsibu fiha ...


Din hija l-Belt Valletta. Kif tistaw taraw hija peniżola Innutaw l-pjanta forma ta' gradilja b'toroq dritti u kif hija mdawra bil-baħar minn tliet naħat. Fuq ix-xellug hemm il-Port il-Kbir u fuq il-lemin Marsamxett.
Forti Sant'Iermu jinsab eżatt fil-ponta.

















Dan huwa l-Granmastru Franċiż Jean Parisot de la Valette, il-bniedem li ħolom bil-belt ġdida u li malli tlestiet issemmiet għalih. L-ewwel ġebla tpoġġiet f'Marzu 1566 u kellu x-xorti ħażina li ma rahiex titlesta għaliex miet fl-1568. Saret belt kapitali tlett snin wara.
















Xi bini importanti li ddisinja Ġlormu Cassar :

Il-Berġa ta' Kastilja (fejn jinsab l-Uffiċċju tal-Prim Ministru)






























Il-Kon-Kattidral ta' San Ġwann.

U dan it-Teatru Rjal li llum fadal ftit ġebel biss minnu għaliex fit-Tieni Gwerra Dinjija sofra ħsarat kbar wara attakk mill-ajru tal-Ġermaniżi.

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.