Tuesday, April 20, 2010

Attivitajiet għal din il-ġimgħa

Din il-ġimgħa ħa tkun imballata daqs bajda bl-attivitajiet, kif ġej:

Għada l-Erbgħa : Crafts billi noħolqu postcard fil-forma ta' suvenir għall-istudenti Sqallin.

Il-Ħamis 22: Fid-9.00 bikeathlon u fun run madwar l-iskola. Ejja ħa niġru! U wara ħa jkollna ż-żjara mill-penfriends tal-iskola ta' Scicli, ġewwa Sqallija

Il-Ġimgħa 23: Bħala parti mill-Healthy Lifestyle Week il-klassijiet kollha tal-Year 5 ħa mmorru (bil-mixi) il-grawnd tal-Infetti għal attivita' organizzata mill-għalliema tal-PE.

Is-Sibt 24 : Dawk it-tfal li ngħataw il-permess mill-ġenituri niltaqgħu l-Belt għall-ħabta tat-2.45pm quddiem il-Berġa ta' Kastilja biex nattendu għall-attivatijiet (bejn it-3.00pm u l-5.00pm) tal-Festival Internazzjonali tal-Letteratura tat-Tfal. Min għandu xi kotba tal-awturi Trevor Żahra, Carmel G. Cauchi u Charles Casha li jixtieq li jiġu ffirmati jġibhom miegħu!

Narakom!

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.