Saturday, January 16, 2010

Test tal-Malti


Nista' ngħid li jien kuntent ħafna bil-marki tal-maġġoranza tal-klassi fejn jidħol it-test tal-Malti. Kellna terz tal-klassi li qabżet it-tmenin. Waqt li nofs il-klassi ġabet minn 70 'il fuq f'suġġett li jinkludi komponiment u komprensjoni. U dan mertu tat-tfal.

Minkejja dan hemm xi 3 notamenti li xtaqt ngħaddi : l-ewwel li ċertu tfal għadhom ma fehmux li fil-Malti l-ispelling huwa importantissimu u kelma miktuba ħażina tiġi mgħoddija ħażina; it-tieni li ċertu tfal jaqraw il-komprensjoni DARBA BISS u dan deher fit-tweġibiet u fil-marki li ġabu; imma l-iżjed hija li hemm numru żgħir ħafna ta' tfal li mhumiex jieħdu t-testijiet bis-serjeta' u lanqas biss qegħdin jindenjaw jistudjaw ... u din għalija hija inaċċettabli!

Imma nixtieq ngħid prosit lil kull min mar tajjeb waqt li, kif għedt fil-klassi l-bieraħ, min ma marx kif xtaq jiġġieled miegħu nnifsu biex jitjieb għax kulħadd kapaċi jasal fejn nixtieq jien u uq kollox fejn tixtiequ intom stess!!!

No comments:

Post a Comment

Note: Only a member of this blog may post a comment.