Kull nhar ta' Tnejn wara nofsinhar il-klassi tagħna qed ikollna lezzjoni tat-Taljan fejn fiha qed nitgħallmu kliem ġodda bit-Taljan - fosthom il-ġranet, ix-xhur u n-numri!- kif ukoll dwar dan il-pajjiż tant kbir u sabiħ bħalma għamilna fl-aħħar lezzjoni!
Kien hemm tifel jismu Togo li kellu bżonn l-għajnuna ħalli jitgħallem iżjed dwar pajjiżu.
Brava Shania, hemmhekk tinsab Sqallija!
Le Alpi huma muntanji bejn l-Italja u Franza. Catania huwa raħal fi Sqallija li fih hemm il-vulkan Etna. Firenze hija belt magħrufa għall-arti fejn hemm il-Ponte Vecchio u fil-viċin kien twieled Leonardo Da Vinci. Napli hemm il-vulkan Vesuvio. Venezia, magħmula minn ħafna gżejjer, hija magħrufa għall- karnival u għall-gondole fejn nsibu Pjazza San Marco. Milano huwa magħruf għad-Duomo u għall-moda.
No comments:
Post a Comment
Note: Only a member of this blog may post a comment.