1) Nhar it-Tnejn li ġej 21 ta' Diċembru ħa ngħaddi u nispjega l-Programm ta' Studju (Tal-Maths, English, Malti u Social) għall-vaganzi tal-Milied. Iċċekkjaw m'uliedkom fhiex jikkonsisti ġurnata b'ġurnata.
2) Għada huwa importanti li jġibu magħhom il-ktieb tal-librerija u l-karta ħalli għall-vaganzi jkollhom x'jaqraw.
3) Il-Ħamis li ġej ħa mmorru naraw reċta bil-Malti dwar meta nħaraq it-Teatru Rjal fis-seklu Dsatax.
4) Il-Ġimgħa li ġej għall-ħabta tad-9.30am ħa jkollna l-quddiesa tal-Milied ġewwa l-Bażilika ta' Santa Liena. Tfal mill-klassi tagħna ħa jkunu kemm abbatini kif ukoll għandna student li ħa jagħmel il-priedka tal-Milied!
5) Nhar it-Tnejn li ġej ħa jkollna l-purċissjoni tal-Bambin madwar l-iskola fejn min għandu xi kostum bibbliku jew huwa abbati jista' jieħu sehem. Tifel ieħor mill-klassi tagħna dakinhar ħa jagħmel il-priedka tal-Milied. Intom il-ġenituri mistiedna tattendu għal din l-attivita li ħa ssir fil-bitħa tal-iskola.
Grazzi ħafna!
No comments:
Post a Comment
Note: Only a member of this blog may post a comment.