Nagħti merħba lil kull min se jidħol f'dan il-blog ġdid fil-jiem li ġejjin.
L-għan ta' dan il-blog huwa biex naqsam magħkom dak li jkun qed isir fil-klassi tiegħi f'forma ta' djarju ta' kuljum. Waqt li fl-istess ħin noħloq katina ta' komunikazzjoni mal-istudenti u l-ġenituri. Intom il-ġenituri tistgħu tidħlu ta' kuljum f'dan il-blog biex taraw ix-xogħol tal-iskola mogħti għad-dar, xi handouts li se npoġġi online, avviżi importanti mill-iskola, vidjows relatati mas-suġġetti li nkunu qed nagħmlu fil-klassi, il-powerpoints tal-Istudji Soċjali u r-Reliġjon li nuża fil-klassi u fuq kollox xogħol it-tfal.
B'hekk kull min ikun falla minħabba xi mard jew għal xi raġuni oħra, inkella jkun nesa x'għandu jagħmel jew irid jiċċekkja eżatt kemm jidħol f'dan il-blog u malajr isegwi magħna. Apparti hekk nistieden u nħeġġeġ kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri biex iħallu kummenti ħalli ntejbu kemm jista' jkun. Għaliex wara kollox dan l-iskop tiegħu hu li ngħin lit-tfal u nagħmel l-esperjenza skolastika iżjed pjaċevoli u interessanti!
Hello Sur Camilleri,
ReplyDeleteNixtieq nghidlek prosit ta' dan il-Blog. Qed igieghelni nixtieq nerga' nkun studenta. Ix-xoghol li qed ikollu t-tifel veru qed ikun interessanti u l-fatt li qed ikollu jidhol jfittex fuq l-internet qed idahhlu aktar fl-interess inkluz lili u l-missieru.
Well done keep it up!!!
Maria Bray
Grazzi ħafna. Kummenti bħal dawn jimlewni b'iżjed kuraġġ biex nibqa' miexi f'din it-triq għaliex l-iskop ewlieni huwa l-ġid tat-tfal!
ReplyDeleteMrs Bray jekk trid tista' ssir follower tal-blog u tkun iktar faċli ssegwieh u tikkummenta.